Arsenal qed isegwu player żagħżugħ ta’ Bahia

    Arsenal huma interessati fil-player żagħzugħ ta’ Bahia, Ramires.

    Il-player ta’ 18-il sena daħal fl-ewwel tim ta’ Bahia dan l-istaġun u għamel disa’ dehriet fl-ogħla kampjonat fil-Brazil.

    Il-Gunners bagħtu l-iscouts biex jarawh f’sitt logħbiet differenti u huma mistennija jagħmlu offerta għal dan il-player fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

    Bahia mhumiex disposti li jħallu lil Ramires jingħaqad ma’ xi rivali domestiċi iżda huma lesti li jbiegħuh lil xi klabb fl-Ewropa u l-Emirates Stadium hija d-destinazzjoni preferuta tiegħu.

    Madanakollu, Arsenal jista’ jiffaċċjaw kompetizzjoni għall-firma tiegħu mingħand Atletico Madrid, li kienu qed isegwu wkoll il-progress ta’ Ramires.