Chris Said jinsisti li l-Gvern għamel cover-up dwar il-mewt ta' pazjent f'Għawdex … Jippreżenta dokument fil-Parlament dwar dan

    Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said akkuża li l-Gvern wettaq cover-up fir-rigward tal-mewt ta’ pazjent fl-Isptar t’Għawdex. Allegatament il-mewt tal-pazjent kienet ikkaġunata minħabba li s-servizz tal-ħelikopter ma kienx qed jaħdem.

    Fis-seduta ta’ dalgħodu d-Deputat Said poġġa fuq il-mejda tal-Kamra rapport tat-tabib – hekk imsejjaħ minnu bħala l-prova tal-cover-up – li kien jindika li fil-jum li miet il-pazjent is-servizz tal-ħelikopter kien wieqaf.

    B'rabta ma' dan il-każ il-Ministru tas-Saħħa kien ippubblika inkjesta indipendenti.