Ma jgħidux il-verità dwar l-għarar fiċ-Ċina

    L-ikbar għarar li laqtu liċ-Ċina f’dawn l-aħħar snin wassal għal rabja kbira lejn uffiċjali tal-gvern hekk kif qiegħed jingħad li l-awtoritajiet qegħdin jiċċensuraw tagħrif dwar dan l-għarar massiv.

    Nhar it-Tlieta l-awtoritajiet qalu nhar it-Tlieta li numru ta’ dawk mejta telgħu għal 77, minflok is-37 li ntqal iktar qabel, iżda s-suspetti huma li dan in-numru huwa ferm ikbar minn hekk.

    Il-midja tal-istat Ċiniż qiegħda b’mod kontinwu xxandar affarijiet pożittivi dwar il-ħidma ta’ salvataġġ, filwaqt li qegħdin jitħassru kummenti negattivi li jkunu saru fuq l-internet.

    Skont dak li rrapportat il-midja tal-istat, id-diżastru laqat 1.9 miljun persuna u kkawża ħsarat li jlaħħqu l-$1.6 biljun.