Pulizija jixhdu kif sabu mara b'għonqa mħanxar

    Numru ta' pulizija li xehdu dwar il-qtil ta' Shannon Mak irrakkuntaw ix-xena xokkanti li raw tat-tfajla b'għonqa mħanxra.

    Il-pulizija kienu qed jagħtu x-xiehda tagħhom hekk kif kompliet tinstema l-kumpilazzjoni ta' Jelle Rijpma, l-Olandiż ta' 22 sena li jinsab mixli bil-qtil tal-eks-sieħba tiegħu.

    Mak instabet mejta fi triq f'Santa Venera fit-3 ta' Awwissu li għadda u min ċempel għall-għajnuna ħaseb li kienet fis-sakra.

    Il-pulizija li xehdu spjegaw kif il-mara ta' 30 sena kellha għonqha mħanxar kważi minn widna għal oħra.

    Il-kumpilazzjoni qed tinstema quddiem il-Maġistrat Simone Grech bil-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Robert Vella.

    L-akkużat għandu jiddefenduh lill-Avukat Leontine Calleja mentri l-Avukat Stefano Filletti qed jidher 'parte civile' f'isem il-familja tal-vittma.