Estensjoni tal-kuntratt għal Jesse Lingard

    Manchester United qed jippreparaw biex jibdew taħdidiet ma’ Jesse Lingard dwar kuntratt ġdid f'Old Trafford.

    Lingard iffirma ftehim ġdid ta’ erba' snin mar-Red Devils fl-2017, b’żieda fis-salarju ta’  €114,000 fil-ġimgħa.

    Il-player ta’ 25 sena ttrasforma lilu nnifsu bħala wieħed mill-players ewlenin għall-United.

    Huma mistennija li jirrevedu l-kuntratt tal-internazzjonali Ingliż aktar tard din is-sena bil-ħsieb li joffrulu kuntratt ġdid u mtejjeb fil-bidu tal-2019.

    Lingard, li bħalissa jinsab barra mill-azzjoni minħabba problema fil-groin, skorja 24 goals u rreġistra 15-il assist f’137 partiti fil-kompetizzjonijiet kollha  mindu għamel id-debutt tiegħu għar-Red Devils lura fil-2012.