Marcos Alonso se jġedded ma’ Chelsea

    Id-difensur ta’ Chelsea, Marcos Alonso, ikkonferma li huwa jinsab f’taħdidiet avvanzati mal-klabb fuq biex iġedded il-kuntratt tiegħu.

    Il-player ta’ 27 sena lagħab kull minuta fit-tmien logħbiet tal-Premier League għall-Blues s’issa dan l-istaġun kif ukoll fil-Community Shield u l-Ewropa League.

    Il-kuntratt attwali ta’ Alonso jiskadi fl-2021. Minkejja li għad għandu aktar minn sentejn fi Stamford Bridge, l-internazzjonali Spanjol diġáġie offrut estensjoni u jinsab viċin li jiffirmah.

    "Ninsab kuntent ħafna ma’ Chelsea u jekk kollox immur tajjeb, naħseb li nġedded il-kuntratt fil-jiem li ġejjin qabel l-aħħar tax-xahar," żvela Alonso.

    Alonso kien il-mira ta’ Real Madrid is-sajf li għadda ... tmien snin wara li ħalla l-Bernabeu.