'X’qegħdin jippretendu l-politiċi tagħna meta l-pulizija jkunu affaċjati b’sitwazzjoni bħal din...nibqgħu passivi?'

    Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Association ma jistax ma jinutax b’dispjaċir il-kummenti ta’ kundanna li saru mill-Onor. Prim Ministru fuq dak li ġara l-bieraħ ġewwa l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar.

    Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti l-Malta Police Association tixtieq iġġib għall-attenzjoni ta’ kulħadd li mill-filmati li dehru fil-midja lokali ma deher imkien li l-pulizija uzat forza sproporzjonata mal-protestanti li daħlu b’mod illegali ġewwa l-binja tal-Awtorita tal-Ippjanar.

    Il-pulizija għamlet dak li kellha dmir li tagħmel u ħarget lil dawn il-protestanti 'il barra minn din il-binja fejn kienu dahħu b’ mod abbużiv u bl-intenzzjoni li jfixxklu laqgħa li kienet għaddejha dak il-ħin.

    "Allura hawn hekk nixtiequ nsaqsu x’qegħdin jippretendu l-politiċi tagħna meta l-pulizija jkunu affaċjati b’sitwazzjoni bħal din, forsi jixtiequ li nibqgħu passivi u nħallu lil kulħadd jagħmel li jrid?"

    L-MPA tixtieq tippreciża li bl-ebda mod ma qiegħda tgħid li l-pulizija ma għandix tkun 'accountable' ta’ xolgħha. Li qieghed jingħad huwa li ma għandux ikun hemm kliem ta’ kundanna bħal dan li l-uniku skop tiegħu ikun li jigu skurjati punti populisti għall-iskop politiku.

    "Nittamaw li ħadd ma huwa ser jiġi wżat u sagrifikat fuq l-artali tal-politikanti għas-sempliċi raġuni li għamel xogħlu kif suppost."