Identifikata omm it-tarbija li nstabet f'entratura f'Buġibba

    Fl-aħħar ħin il-pulizija kkonfermat li wara sigħat ta investigazzjonijiet ġiet identifikata omm it-tarbija li hija Maltija u li bħalissa qiegħda titkellem mal-Pulizija bit-tama li tagħti spjegazzjoni ta’ dak li seħħ.

    It-tarbija nstabet abbandunata fuq għatba ta' blokka ta' appartamenti fi Triq il-Pijunieri f’Buġibba kienet għadha bil-kurdun.

    It-tarbija ntlemħet jumejn ilu għall-ħabta tal-4.10 p.m bil-pulizija mill-għassa tal-Qawra, ambulanza u tim mediku jintervjenu fil-post.

    Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Joe Mifsud fejn qabbad lill espert mediku Dr Mario Scerri sabiex jassistih.