Raġel jindarab gravi f'ħabta bejn żewġ karozzi fil-limiti tar-Rabat

    Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6.30 a.m  kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq Buqana r-Rabat (Malta).

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Mosta.

    Fuq il-Post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq ta’ 39 sena sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.