ARA: Norman Lowell iwissi dwar l-“għadu li jinsab fostna bl-eluf” quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir

    Hekk kif aktar kmieni dalgħodu delegazzjoni ta’ Imperium Europa mmexxija minn Norman Lowell żaret il-monument tal-Assedju l-Kbir, f’diskors li għamel l-istess Lowell huwa rrefera għall-immigranti bħala għadu, u li jinsabu fostna bl-eluf.

    B’referenza għar-rebħa fuq it-Torok fl-Assedju l-Kbir Lowell saħaq li kieku Malta tilfet din il-battalja “kieku aħna musulmani bil-konsegwenzi kollha li din iġġib magħħha”.

    Huwa saħaq li għal Imperium Europa l-Festa tal-Vitorja għandha tkun l-vera jum nazzjonali ta’ pajjiżna, u saħaq li festi nazzjonali oħrajn, bħall-ksib tal-Indipendenza u l-Jum il-Ħelsien ilkoll ġew mormijin matul dawn l-aħħar snin.

    Huwa żied kompla jirreferi għall-problema tal-immigrazzjoni bħala assedju ieħor, u qal li “kuntrarjament għal dak li għamlu missirijietna mhux talli qed inżommuh lil dan l-għadu, talli qed niġbruh u ndaħħluh, nindukrawh fl-isptarijiet tagħna b’xejn, nistmawh iktar mill-pensjonanti tagħna, u minn fuq naraw ingratitudni.”

    Tenna jgħid li ta’ Imperium Europa determinati li jslavaw u jnaddfu lil Malta minn dan l-għadu.