Kevin De Bruyne fil-lista taċ-Champions League

    Manchester City ħabbru l-lista ta' players illi l-coach Pep Guardiola ser jieħu għal-logħbiet mill-UEFA Champions League li jibdew dalwaqt. F'din il-lista spikkat l-għażla tal-player ta' nofs il-ground Belġjan Kevin de Bruyne li bħalissa jinsab jirkupra minn injury fl-irkoppa.

    L-ex player ta' Chelsea għandu barra żgur sa nofs Diċembru u għalhekk ser ikun impossibli għalih li jilgħab fil-fażi tal-gruppi. 
    The Citizens jinsabu fi Grupp F li jikkonsisti f'Shaktar Donetsk, Lyon u Hoffenheim. Huma mistennija jiddominaw dan il-grupp u jiksbu l-kwalifikazzjoni għat-tieni fażi ta' din il-kompetizzjoni.
    Guardiola sostna li għażel lil De Bruyne għax jaf li dan il-player jaf ikun deċisiv fil-partiti kruċjali aktar kmieni s-sena d-diehla.