Is-servizz myHealth estiż biex it-tobba jkunu jistgħu jitolbu testijiet tad-demm

    Mil-lum is-servizz tal-myhealth ġie estiż biex it-tobba jkunu jistgħu jitolbu testijiet tad-demm permezz ta’ din is-sistema. Il-ħsieb huwa li fil-futur qrib dan is-servizz ikun estiż biex it-tobba jkunu jistgħu jitolbu wkoll appuntament għal X-rays, u anke biex it-tobba f’isem il-pazjent jawtorizzaw lill-isptar u -servizz mediku biex pazjenti li se jkunu se jsiefru fl-eventwalità li jinqala’ xi ħaġa barra minn pajjiżna tkun tista’ titbagħat l-informazzjoni medika tal-pazjent.

    Fil-preżent huma madwar 290 it-tobba tal-familja li qed jużaw is-sistema tal-myhealth li bejniethom jaqdu lil madwar 50,000 pazjent.

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rrimarka biex il-Gvern qed ikompli jaħdem biex jagħti spinta lis-servizz tal-kura primarja, għax it-tobba huma l-ewwel punt ta’ kuntatt bejn il-pazjenti u s-servizz tas-saħħa b’mod inġenerali.

    Tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Gvern fil-bereġ tas-saħħa, fejn qed isir xogħol ta’ refurbishment u żieda fis-servizzi. Semma li għaxart ijiem oġra se jkun qed jinfetaħ iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Ħal kirkop. Qal ukoll li x-xogħol fuq dak ta’ Għawdex miexu b’ritmu mgħaġġel. Dan filwaqt li nfetaħ il-proċess ta’ tenders għaċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid, u nbdiet il-ħidma għal ċentru tas-saħħa fit-Tramunata ta’ Malta.