Neymar kapaċi jmur jilgħab Londra aktar milli f'Manchester

    Skondir-rivista Franċiża L'Express, li kieku Neymar jiġi biex jilgħab fil-kampjonat Premier Ingliż jagħżel team minn Londra. Il-kandidati ewlenin li jistgħu jiksbu lill-fenomenu Braziljan jistgħu jkunu Chelsea jew Arsenal. 
    L'Express qal li Neymar ma jqisx lit-timijiet minn Manchester jiġifieri s-City u l-United bħala timijiet attraenti. 
    Ħafna spekulazzjonijiet qed jgħidu li xi darba jew oħra Neymar jista' jiċċaqlaq minn ma' Paris St Germain biex ikollu kuntratt aqwa milli diġá għandu u eventwalment jilgħab fl-Ingilterra. 
    Sadanittant huwa qed jilgħab it-tieni staġun fil-belt kapitali Franċiża fejn s'issa minn erba' logħbiet li lagħab skorja daqstant goals filwaqt li għen lit-team tiegħu jibda l-istaġun b'rekord perfett fejn jinsabu fil-quċċata b'punti massimi.