Il-Prim Ministru Muscat b'botta għall-Italja wara li grupp ta' immigranti ieħor jitilqu lejn l-Irlanda

    Wara li grupp ieħor ta’ immigranti li kienu abbord il-bastiment MV Lifeline telqu lejn l-Ingilterra, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li mid-disa’ pajjiżi li oriġinarjament qablu li jaqsmu lill-immigranti li kienu abbord il-bastiment, pajjiż wieħed biss baqa’ ma żammx kelmtu, b’dan ikun l-Italja.

    L-MV Lifeline kien daħal f’pajjiżna nhar is-27 ta’ Ġunju li għadda wara li kien f’nofs kontroversja bl-Italja saħansitra ma tħallix lill-bastiment ma jidħolx fil-portijiet tiegħu.

    Matul l-aħħar jiem l-Italja kienet kritikata wkoll dwar il-każ tal-vapur tal-Gwardja tal-Kosta “Diciotti” fejn minkejja li wara jiem bejn sema u ilma b’177 immigrant abbord, dawn l-immigranti ma tħallewx jinżlu l-art saħansitra anke wara li d-Diciotti tħalla jidħol fil-port ta’ Katanja.