Disa' titjiriet Ċileni mġegħlin jibdlu r-rotta b'emerġenza wara diversi theddid ta' bombi

    Disa’ ajruplani kienu mġegħlin jagħmlu tibdil ta’ emerġenza fir-rotta tagħhom waqt li kienu għaddejjin mill-ispazji tal-ajru taċ-Ċilì, l-Arġentina u l-Peru wara li l-awtorità tal-avjazzjoni Ċilena rċeviet theddid ta’ bombi. Dan ikkonfermah id-Direttur Ġenerali l-awtorità tal-avjazzjoni Ċilena, Victor Villalobos Collao, f’kummenti li għadda lill-ġurnalisti.

    Mill-inqas żewġ titjiriet kienu operati mil-linja tal-ajru LATAM Airlines, bi tlieta oħrajn operati minn Sky, linja tal-ajru low-cost Ċilena.

    Villalobos qal li matul il-ġurnata tal-bieraħ l-awtorità rċeviet xejn inqas minn 11-il theddida ta’ bombi.

    Huwa żied jgħid li abbord l-ajruplani ma nstabu l-ebda traċċi ta’ splussiv, u mill-inqas ajruplan minnhom aktar tard tħalla jkompli jopera t-titjiriet skedati.

    Qal li t-t-telefonati saru fl-uffiċini tal-linja tal-ajru LATAM, u l-awtorità tal-avjazzjoni ċivili u l-pulizija kienu qed jinvestigaw it-telefonati f’tentattiv li jintraċċawhom.