Ħelikopter tat-tifi tan-nar Awstraljan jiġġarraf waqt operazzjoni ta' tifi tan-nar … Il-pilota jmut fuq il-post

    Pilota ta’ ħelikopter miet wara li l-ħelikopter tat-tifi tan-nar iġġarraf fl-istat ta’ New South Wales fejn is-servizzi ta’ emerġenza jissieltu biex jikkontrollaw nirien li ħakmu lil meded kbar ta’ kampanja.

    Il-midja Awstraljana qed tirrapporta li l-pilota Allan Tull miet fuq il-post.

    Il-ħelikopter inbena fl-1994 u kien reġistrat għall-ewwel darba fl-AWstralja fl-2015.

    Kelliemi għall-Awtorità tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, Peter Gibson, ikkonferma li l-ħelikopter kien involut f’operazzjonijiet ta’ tifi ta’ nar meta ġġarraf.

    Gibson żied jgħid li “l-pilota kien l-uniku persuna abbord il-ħelikopter”. L-awtoritajiet Awstraljani niedew investigazzjoni dwar dan l-inċident.