[ISMA'] “X'jiġifieri ġġarraf?!” … Telefonati mimlija paniku ta' residenti jinformaw lis-servizzi ta' emerġenza li ġġarraf il-pont Morandi

    Telefonati xokkanti li saru lis-servizzi ta’ emerġenza hekk kif iġġarraf il-pont Morandi ġew imxadnrin, bit-telefonati juru l-istat ta’ paniku tan-nies li assistew għat-traġedja sseħħ quddiem għajnejhom. Fit-tiġrif tal-pont tilfu ħajjithom 39 persuna.

    It-traġedja seħħet nhar it-Tlieta li għadda, bil-pont ta’ 50 sena jiġġarraf wara li l-belt ta’ Genoa kienet milquta minn maltempata qalila.

    Fil-filmat, li kien ippubblikat mis-servizzi ta’ emerġenza Taljani, xhieda jinstemgħu jinformaw lill-uffiċjali li l-pont kien iġġarraf. Il-filmat juri wkoll l-istat inizjali ta’ xokk u konfużjoni li ħoloq l-inċident, b’wieħed mill-uffiċjali ta’ emerġenza saħansitra jinstema’ jistaqsi “x’jiġifieri ġġarraf?”