Ritratti minn fuq il-post fejn instab il-kadavru f'Santa Venera

    Kmieni dalgħodu, tfajla ta' 22 sena ta' nazzjonalità barranija nstabet mejta fi Triq il-Mastrudaxxi, f'Santa Venera.  Sa issa jidher li l-omiċidju ma sarx fuq il-post iżda jidher li sar f'post ieħor u nġarret għat-triq fejn instabet kmieni dalgħodu. Il-vittma nstabet mitluqa mal-art bejn ħajt u karozza.

    Il-qtil kien wieħed vjolenti, bil-mara rapportata li jkollha għonqha mħanxar.

    Residenti saħqu li ma nnotaw xejn li seta' qanqlilhom suspett għal dak li ġara, u ddeskriveew iż-żona bħala waħda relattivament kwieta.