“Esperjenza indimentikabbli. Kien unur għalija li nwassal l-arti tiegħi lil persuna daqstant magħrufa” … Wara t-tattoos lil John Arne Riise

    “Kienet esperjenza indimentikabbli. Mhux biss għalija li kelli l-unur li nwassal l-arti tiegħi lil persuna daqstant famuża, iżda wkoll għal bosta nies oħrajn li ħatfu l-okkażjoni biex jiltaqgħu miegħu.”

    Hekk ikkummenta ma’ Inewsmalta t-tattoo artist Shawn Grech wara li l-aħbar tat-tattoos li għamel lill-eks-plejer Norveġiż John Arnee Riise ġriet bħal leħħa ta’ berqa. Shawn kompla jgħidilna li minkejja li mhux l-ewwel darba li persuni popolari l-aktar mix-xena lokali marru fl-istudjo tiegħu, qatt ma kellu x-xorti li bħala klijent ikollu plejer tal-futbol magħruf mad-dinja kollha.

    Shawn għamel żewġ tattoos fuq l-id il-leminija ta’ Riise filwaqt li ħadem ukoll fuq tpinġijiet oħrajn li l-istess Riise diġà kellu.