L-amministrazzjoni ta' Trump b'tariffa ta' 25% fuq prodotti Ċiniżi

    L-amministrazzjoni Trump qed tippjana biex tipproponi tariffa ta’ 25% fuq l-importazzjoni ta’ prodotti miċ-Ċina, biċ-ċifra tal-importazzjoni taf tlaħħaq il-$200 biljun. Dan wara li iniżjalment it-tariffa imposta kellha tkun ta’ 10%. Sors viċin l-amministrazzjoni Trump qed jisħaq li din il-mossa hija intiża biex tagħmel pressjoni liċ-Ċina biex tagħmel konċessjonijiet fuq il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

    L-amministrazzjoni tal-President Trumo fl-10 ta’ Lulju kienet qalet li kien bi ħsiebha li timponi tariffi ta’ 10% fuq eluf ta’ prodotti Ċiniżi li qed ikunu importati fil-pajjiż. Fost il-prodotti li se jkunu affettwati minn dawn it-tariffi hemm prodotti tal-ikel, tal-kimika, tal-azzar u l-aluminjum, fost oħrajn.

    Ma kien hemm l-ebda reazzjoni immedjata mill-Gvern Ċiniż. F’Lulju ċ-Ċina kienet akkużat lill-Istati Uniti b’ibbuljar u wissiet li kienet l-intenzjoni tagħha li tirritalja għal dawn l-azzjonijiet.