ARA: 'Street Elements' b'filmat dwar it-talent taż-żgħażagħ li sfortunatament xi drabi jibqa' mistur

    Filmat ieħor b’messaġġ kontra vizzji li jistgħu faċilment jiġu evitati billi dak li jkun jinfexx f’passjoni. 

    F’dan il-każ il-grupp lokali taż-żfin 'Street Elements' ħoloq storja żgħira fejn Tinu ikun se jiżbalja u jmur fl-imwarrab biex jixrob, sakemm isib speaker b’mużika li biddlitlu fhemtu u jinfexx fiżfen.

    Din hija l-motivazzjoni li għandna nxerrdu fost iż-żgħażagħ Maltin sabiex ikunu jistgħu jsibu zvog u b’hekk ikunu jistgħu jitbiegħdu aktar mill-vizzji.

    Mhux kulħadd jasal jagħmel dan, iżda dan il-grupp qiegħed jipprova jxerred dan il-messaġġ fost il-pubbliku biex ifakkar dwar it-talenti moħbijin li jinsabu fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li sfortunatament għal xi raġuni xi drabi ma jaslux biex jiżviluppaw dawn it-talenti u jispiċċaw fid-direzzjoni żbaljata.

    Proprju llum ‘Street Elements’ rħewlha lejn i-Polonja u wara se jkunu qegħdin iżuru l-Islovakkja fejn se jkunu qegħdin jikkompetu f’avveniment kbir tal-Hip Hop.