Bulgara mixlija b’pickpocketing fuq tal-linja

    Mara Bulgara li nqabdet tipprova tisraq mill-portmoni ta’ oħra waqt li kienet fuq tal-linja nżammet taħt arrest preventiv wara li wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħha. 

    Evdokiya Zlatkova ta’ 23 sena, li kellha biljett biex tmur lura pajjiżha llum, inqabdet fil-fatt twettaq ir-reat minn pulizija pajżan li kien qed isegwi l-passi tagħha.

    Il-Bulgara tressqet fil-Qorti tal-Maġistrati lbieraħ fejn wieġbet li ma kinitx ħatja għall-akkużi ta’ serq u talbet li tingħata l-ħelsien mill-arrest.

    It-talba tagħha kienet miċħuda mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace fid-dawl tal-fatt li l-mara ma kellhiex indirizz fiss u rrifjutat milli tagħti l-informazzjoni dwar il-post fejn kienet qed toqgħod f’Malta.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Jonathan Ransley mentri l-Avukat David Camilleri deher għal Evdokiya Zlatkova.