Massakru ta' kukkudrilli fl-Indoneżja wara li raġel jisfa mittiekel minn wieħed minnhom

    Kważi 300 kukkudrill inqatlu f’attakk brutali fl-Indoneżja wara li persuna rat lil wieħed mir-rettili jattakka u joqtol lil raġel f’razzett lokali. Ġurnali lokali ppubblikaw ir-ritratti grafiċi li juru l-massakru tal-kukkudrilli.

    Uffiċjal qal li residenti mgħaddba bdew jattakkaw lill-kukkudrilli bi skieken, u bċejjeċ tal-injam, u wara jitfgħuhom f’munzell biex jivvendikaw ruħhom mill-mewt ta’ raġel ta’ 48 sena. Jidher li r-raġel kien qed jaħsad il-ħaxix biex ikun jista’ jagħlef lill-annimali tar-razzett tiegħu meta safa fil-mira tal-kukkudrill.

    Il-Pulizija min-naħa tagħhom qalu li ma setgħu jagħmlu xejn biex iwaqqfu lir-residenti tar-raħal. Għadu mhux ċar jekk humiex se jkunu qed jieħdu passi kriminali fil-konfront ta’ kull min kien involut f’dan il-massakru ta’ rettili.