Il-Gvern Brittaniku f'kaos … Jirriżenja l-Ministru għal Brexit

    David Davies, l-uffiċjal responsabbli għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ppreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu, fejn fost oħrajn irrefera għal differenzi irrikonċiljabbli mal-Prim Ministru Theresa May. Bosta analisti jqisu dan l-iżvilupp bħala theddida għall-istabbiltà tal-Gvern ta’ May.

    Fl-ittra tar-riżenja li kienet ippreżentata tard ilbieraħ bil-lejl, il-Ministru għal Brexit David Davis qal li qed jidher dejjem bħala inqas probabbli li l-gvern ta’ May jirnexxilu jwettaq il-manifest tiegħu li jħalli lis-suq ewlieni Ewropej.

    Ir-riżenja ta’ Davis taf twassal għal aktar riżenji importanti, filwaqt li titfa’ l-gvern f’kaos politiku hekk kif jibdew taħditiet mill-aktar importanti mal-Unjoni Ewropea.