AC Milan jivvalutaw lil Leonardo Bonucci €35 miljun

    AC Milan qed jivvalutaw lil Leonardo Bonucci €35 miljun hekk kif qed jiġi segwti minn Manchester United.

    Il-captain Taljan ingħaqad mar-Rossoneri fil-bidu tas-sajf li għadda mingħand Juventus għal €42 miljun.

    Iżda issa huma lesti li jbiegħu lil dan il-plejer ta’ 31 sena għal €35 miljun.

    Minħabba l-fatt li Milan ġew sospiżi għal sena mill-UEFA minħabba li kisru r-regoli tal-Financial Fair Play, ir-Red Devils jistgħu japprofittaw minn din is-sitwazzjoni.