Il-kittieb popolari Taljan Roberto Saviano jattakka lil Salvini għax irid ineħħilu l-protezzjoni tal-Pulizija

    Il-ġurnalist Taljan Roberto Saviano, li jgħix kostantement taħt skorta tal-pulizija wara li ppubblika l-ktieb “Gomorra” fl-2006, attakka lill-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini talli qed jhedded li jneħħilu l-protezzjoni tal-pulizija.

    Salvini lbieraħ qal li l-awtoritajiet Taljani jeħtieġ li jevalwaw jekk għadx hemm theddida għal ħajjet Saviano minn persuni viċin id-dinja kriminali. Saviano safa mhedded mill-mafja Taljana wara li l-ktieb tiegħu “Gamorra” kixef diversi elementi tal-mafja Taljana.

    “Jien jidhirli li Saviano jqatta’ ħafna ħin barra mill-pajjiż,” saħaq Salvini f’kummenti li għadda lil stazzjon tar-radju. Huwa żied jgħid li huwa neċessarju li jkun eżaminat kif flus il-poplu Taljan qed jintefqu.