Vincent Kompany se jkun f’siktu kontra l-Ingilterra

    Vincent Kompany falla t-taħriġ tal-Belgju iżda huwa mistenni li jkun f’siktu biex jilgħab kontra l-Ingilterra, nhar il-Ħamis li ġej.

    Id-difensur ta’ Manchester City għadu qed jirkupra minn injury fil-groin u għaldaqstant mhux se jkun eliġibbli li jilgħab kontra t-Tuneżija, nhar is-Sibt li ġej.

    Iżda mill-Ħadd li ġej se jkun jista’ jinżel għat-taħriġ biex ikun jista’ jagħmel l-ewwel dehra tiegħu f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

    Din se tkun kontra l-Ingilterra li tista’ tiddeċiedi min jirbaħ Grupp G.