Issa anke trabi b’DNA minn tliet ġenituri … ħafna jikkritikaw

    Klinika fl-Ukrajna qed tenfasizza is-suċċess li qed tagħmel f’dak li hu ħolqien ta’ trabi. Trabi xi ftit jew wisq differenti għax dawn għandhom DNA ta’ tliet ġenituri differenti. Ma jistax jonqos li dan qed iqajjem kritika kbira kemm fl-Ukrajnau anke barra.

    Marcy Darnovsy, Kap taċ-ċentru tal-Ġenetika  qal li “dawn huma esperimenti irresponsabbli. Ma nafux x’se jiġri minn dawn it-tfal”.

    Dr Valery Zukin, Direttur ta’ Nadiya Clinic fi Kiev fl-Ukrajna hi waħda minn diversi tobba li ħolqu erbat itfal minn tliet ġenituri differenti. Din il-proċedura ma saret imkien aktar fid-dinja. Din it-teknika tinvolvi  l-fertilizazzjoni ta’ bajda tal-mara bi sperma tas-sieħeb tagħha.   L-embrijun  li jirriżulta jitpoġġa f’dixx ma’ embrijun ieħor.  Dan l-embrijun l-ieħor ikun sar billi intużat l-isperma tal-istess raġel imma minn bajda ta’ mara oħra.  Fil-proċess  ħafna mid-DNA tal-bajda tat-tieni mara titneħħa u flok titpoġġa ta’ dawk li se jkunu l-ġenituri.  Dan l-embrijun imbagħad ikun implantat fil-mara.   

    Dan it-trattament jiswa madwar $8,000. L-ewwel tarbija li kienet konċeputa b’dan il-metodu llum għandha 15-il xahar.