Isofri ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet ta’ oġġett iebes waqt argument

    Raġel ta’ 63 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ oġġett iebes waqt argument f’Birkirkara. 

    L-argument seħħ għall-ħabta tal-11.30 a.m. fi Triq il-Kbira, bejn ir-raġel ta’ 63 sena u raġel ieħor ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar.

    Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu r-raġel ta’ 63 sena l-Isptar Mater Dei minħabba li allegatament kien qala’ daqqiet ta’ oġġett iebes. Aktar tard huwa ġie ċċertfikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.