RITRATTI: Il-Palazz Presidenzjali ta' Ħ'Attard miftuħ għall-pubbliku

    Bosta persuni ħadu l-okkażjoni u matul il-jum tal-Ħadd irħewlha lejn il-Palazz Presidenzjali ta' Ħ'Attard li kien miftuħ għall-pubbliku.

    Fl-aħħar ġimgħat l-imsemmi palazz sarlu xogħol ta' rinovar f'diversi kmamar u dawn kienu miftuħin għall-pubbliku biex japprezza s-sbuħija tagħhom u l-ħidma li saret.

    Il-Palazz ta' Ħ'Attard huwa r-residenza uffiċjali tal-President tar-Repubblika u nbena oriġinarjament fis-Seklu 17 bħala l-villa fil-kampanja tal-kavallier Antoine de Paule.

    Il-villa ġiet estiża f'palazz wara li fl-1623 l-istess kavallier kien elett Granmastru tal-Ordni ta' San Ġwann.

    Ritratti: Roger Azzopardi