Attenti minn dak il-billboard?

    Raġel li kien qed jaqsam minn Triq Diċembri 13 spiċċa sofra ġrieħi ħfief. Mhux għax intalqat minn xi karozza imma għax baqa' dieħel f'billboard.

    Ir-raġel kien qed jaqsam it-triq hekk kif kien sejjer il-Marsa Sports Ground u minħabba li din hi triq perikoluża u traffikuża, r-raġel ġera san-naħa l-oħra. Eżatt mal-liwja minn x'ħin jinqabeż il-kumpless One fil-Marsa, hemm billboard li issa dan ir-raġel induna kemm hu ta' periklu.

    Kif jista' jidher mir-ritratti li ttieħdu mill-persuna li weġġa' stess, il-billborad huwa sew maħruġ 'il barra fuq il-bankina tant li jekk ikunu għaddejin żewġ persuni żgur li xi ħadd ikollu jinżel minn fuq il-bankina.

    Ir-raġel li kawża tad-daqqa ta' billboard kellhom jagħmlulu ħames punti qal li minn meta weġġa' sar jaf li kien hemm żewġ persuni oħra li wkoll “ħabtu” mal-billboard.