Stejjer tal-waħx fl-Imdina

    Wara l-interess qawwi li qanqlet is-sensiela ‘Dark Tales’, Heritage Malta se torganizza tour animat ibbażat fuq misteri u stejjer tal-waħx imħawra mal-istorja tal-Imdina.

    L-istorja tal-belt kapitali l-antika ta’ Malta tmur lura eluf ta’ snin u hija eżempju eċċellenti ta’ belt iffortifikata. Il-parteċipanti se jimxu mat-toroq dojoq tal-Imdina u se jiltaqgħu ma’ karattri misterjużi. Minħabba l-istorja passata tagħha, l-Imdina, il-belt siekta, hija mdawra b’ħafna misteri u din l-attivitá se toffri eċċitament lil dawk preżenti.

    Din l-attivitá se ssir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu u tibda fis-7.00pm mill-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali. Wara t-tour ikun hemm bibita fl-istess mużew li jinsab fil-Palazz Vilhena u jsir ukoll tour speċjali dwar il-kollezzjoni nazzjonali ta’ dan il-mużew. 

    L-attivitá se tkun miftuħa għal numru limitat ta’ viżitaturi u dawk li se jattendu jridu jkunu minn 16-il sena ‘l fuq. Il-biljetti għall-prezz ta’ €18 għall-adulti u €15 għall-membri ta’ Heritage Malta, anzjani u studenti, jistgħu jinxtraw online, http://shop.heritagemalta.org, jew mis-siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta. 

    Għal iktar tagħrif żuru l-website tal-aġenzija, www.heritagemalta.org