HSBC Malta jonora lin-nisa fil-Jum Internazzjonali tal-Mara

    Uffiċjal tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tifli l-kontenut ta’ “borża roża”, mogħtija mill-impjegati tal-HSBC Malta fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara (8 ta' Marzu). L-impjegati tal-HSBC ingħaqdu flimkien u ħejjew aktar minn 400 "borża żgħira ta' ferħ". Il-boroż ta’ kulur roża fihom affarijiet essenzjali ta' kuljum u anke xi oġġetti ta' lussu minn toiletries sa settijiet tal-make-up. Dawn ingħataw lil 10 NGOs differenti li jaħdmu għall-benefiċċju ta' nisa vulnerabbli u bniet adoloxxenti.