Ir-riżultati ma’ inewsmalta.com

    Eluf ta’ persuni għexu l-kampanja elettorali ma’ inewsmalta.com u hekk se jkunu jistgħu jagħmlu fi tmiem il-ġimgħa meta ħafna jkunu fuq ix-xwiek biex ikunu jafu r-riżultati tal-elezzjoni ġenerali 2013. Armati bi studios fin-Naxxar, b’ġurnalisti fis-sala tal-għadd tal-voti u b’fotografi u camera persons isegwu l-emozzjonijiet u d-dettalji inewsmalta.com se jkun jista’ jagħti rapportaġġ estensiv.

    “L-għan tagħna hu li mhux biss inżommu aġġornati lill-qarrejja b’dak ovvju, bħar-riżultati u l-iskedi, imma li noffru wkoll rapportaġġ alternattiv. Bħalma ħafna segwew kull pass li kien qiegħed jiġri fl-10 ta’ Diċembru – meta waqa’ l-gvern – minn fuq inewsmalta.com hekk se jkunu jistgħu jagħmlu fil-jiem li ġejjin,” qal l-editur Aleander Balzan, li żied jispjega kif fil-jiem li ġejjin se jitħabbru wkoll inizjattivi ġodda marbuta mal-għażla li l-poplu se jagħmel fil-jum ta’ għada.