Mario Galea milqugħ bil-banda

    Kienet xena li nislet tbissima fuq fomm dawk kollha preżenti, hekk kif dalgħodu s-Segretarju Parlamentari Mario Galea intlaqa' bid-daqq tal-banda meta f’San Viċenz fetaħ sala li ġiet modernizzata wara xogħlijiet li saru f’dawn l-aħħar jiem.

    Din is-sala għandha l-isem St Joseph 4.

    Hekk kif Mario Galea wasal f’San Viċenz itlaqa mit-tmexxija tal-post. Waqt li kien għaddej mill-kuriduri kellem lil xi anzjani. Iżda hekk kif Mario Galea beda miexi fil-kuridur fejn tinsab din is-sala l-banda bdiet idoqq l-ewwel noti tagħha.

    Hekk kif il-banda waqfet iddoqq, Mario Galea għamel diskors qasir tal-okkazżjoni fejn qal li l-Gvern ħadem ħafna fil-qasam tal-anzjani. Qal li l-Gvern fetaħ ħafna djar tal-anzjani. Qal li apparti l-fatt li dawn id-djar qed jilqgħu aktar azjani fihom, qiegħdin jaħdmu aktar impjiegi. Wara dan id-diskors Mario Galea kixef il-lapida, li ġiet imbierka minn Fr Vince Buhagiar.

    Ritratt: Ray Attard