Ġurnata speċjali għall-familja f’HSBC

    Is-Sibt, 14 ta’ Lulju kienet ġurnata speċjali fil-fergħat rinnovati tal-HSBC fil-Mosta, is-Swieqi u r-Raħal Ġdid kif ukoll il-fergħa tal-HSBC fir-Rabat Għawdex. Il-familji kienu milqugħa f'ambjent divertenti kollu kuluri u animat. It-tfal ħadu pjaċir bil-logħob, sessjonijiet ta’ tpinġija fuq l-uċuħ u bl-attivitajiet tal-balloon artists, filwaqt li l-klijenti ħadu vantaġġ minn offerti speċjali fuq il-prodotti tal-HSBC Life. It-tfal kollha li attendew dan l-avveniment irċevew rigal.