Bil-filmat: “Il-kaċċaturi għandhom lil Marlene Farrugia, it-tifla ta’ Joey tal-Blieq, nassab, tiddefendihom”

    “Il-kaċċaturi għandhom lil Marlene Farrugia, it-tifla ta’ Joey tal-Blieq, nassab, tiddefendihom.” Hekk qalet il-Kap tal-Partit Demokratiku f’konferenza tal-aħbarijiet li kienet qed tindirizza flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjnalista Simon Busuttil, fi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti preżenti dwar x’inhi l-pożizzjoni tal-Partit Demokratiku fir-rigward tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

    Farugia qalet li l-programm elettorali ppreżentat ilbieraħ mill-Partit Nazzjonalista jirrifletti wkoll il-pożizzjoni tal-Forza Nazzjonali. Hija kompliet tgħid li l-kwistjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa nqatgħet fir-referendum, bid-deċiżjoni tal-poplu se tkun rispettata.

    Saħqet li l-Forza Nazzjonali mhux se tkun qed tistma lill-kaċċaturi bħala kriminali.