Seba’ snin ħabs fuq traffikar ta’ ecstacy

    Andrè Falzon, ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar, kien ikkundannat seba’ snin ħabs u multa ta’ €15,000 wara li ammetta traffikar u pusses aggravat ta’ ecstacy. Dan wara li fl-2005 huwa kellu fil-pusses tiegħu 346 pillola ta’ ecstacy.

    Intant, Falzon ammetta wkoll pusses sempliċi ta’ eroina u li attakka u rreżista lill-pulizija. Huwa wettaq ir-reat qrib il-Junior College tal-Imsida. Kien l-Imħallef Michael Mallia li ta din is-sentenza, filwaqt li l-avukat Veronique Dalli dehret għall-akkużat.