Il-PM f'Berlin fl-ewwel jiem tal-kampanja

    Nhar l-Erbgħa, 9 ta' Jannar, jumejn biss wara, li se jkun xolt il-Parlament, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi mistenni jiltaqa' mal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel.

    Merkel u Gonzi mistennija jiddiskutu t-tkomplija tan-negozjati tal-qafas finanzjarju Ewropew mill-2014 sal-2021 u s-suċċessjoni tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Jean Claude Juncker bħala l-Kap taż-Żona Ewro.

    Imkejjen sostnew li din mhix mistennija tkun l-unika żjara barra l-pajjiż tal-Prim Ministru waqt il-kampanja elettorali. Jidher li fost iż-żminijiet fejn jista' jkun hemm waħda minn dawn iż-żjarat ikun hemm waħda fil-jiem tal-Karnival.