Wara l-Gangnam Style, issa l-One Pound Fish

    Raġel mill-Pakistan li mar jittanta xortih l-Ingilterra żgur li qatt ma basar li se jispiċċa ċelebrità.

    Muhammed Shahid Nazir wasal l-Ingilterra b'ta fuqu senduqu. F'Londra mar b'ħolma ta' ħajja aħjar iżda x-xogħol li sab kien dak ta' bejjiegħ tal-ħut fi Queen's Market.

    Fl-ewwel ġurnata tax-xogħol tiegħu, l-imgħallem kien avżah: “Biex tbigħ hawnhekk trid tgħajjat."

    Waqt intervista mal-Evening Standard qal li fl-ewwel ġurnata beda jgħajjat “One pound fish” l-għada żied magħha “Come on, ladies.” Żied jgħid li wara ftit ġiet strofa sħiħa.

    “Kulħadd kien jiġi jawgurali, kulħadd kien jgħidli kemm hi tal-widna u li jmissni nkun pop star,” qal Nazir. Xi ħadd iffilmja lil Nazir ikanta biex ibigħ u tefgħu dan il-filmat fuq YouTube. Ir-riżultat tmien miljun persuna rawh fi ftit ġranet.

    Kienet inevitabbli li ħafna jibdew iqabblu l-One Pound Fish mal Gangnam Style ta' Psy li sar l-aktar flimat fuq You Tube li qatt rawh nies minn kemm ilu jeżisti YouTube (1.04 biljun),. Wara dan is-suċċess mhux mistenni l-Warner Music iffirmaw kuntratt lil Nazir u bi ftit effetti speċjali “One Pound Fish” ħarġet bħala diska għal żmien il-Milied. Id-diska tiegħu telgħet anke sad-29 post fil-klassifika tal-Ingilterra propju fi żmien il-Milied l-aktar żmien importanti għall-bejgħ tad-diski.

    Fl-aħħar jiem Nazir kien mitlub jitlaq mill-Ingilterra wara li l-visa tiegħu skaditlu. Kien biss ftit tas-sigħat ilu li Nazir wasal il-Pakistan fejn mistenni jqatta' l-Ewwel tas-Sena mal-familja tiegħu. Nazir mistenni jirritorna lura l-Ingilterra hekk kif tinħariġlu visa oħra.