Tfajla tintlaqat minn karozza fin-Naxxar

    Dalgħodu, għal ħabta tas-06.15, il-Pulizija kienet infurmata li fi Vjal il-Labour, in-Naxxar kien seħħ inċident stradali u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

    Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li tfajla ta’ 20 sena, residenti n-Naxxar, għal xi raġuni ntlaqtet minn vettura tal-għamla Fiat Uno li kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-knisja minn raġel ta’ 58 sena, residenti Ħal Qormi.

    Fuq il-post issejħet Ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. It-tfajla kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.

    Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan l-inċident.