Filmat xokkanti: Qattiel jipprepara l-kamra biex joqtol tfajla tqila

    Dan il-filmat xokkanti juri lil qattiel jipprepara l-kamra biex joqtol lil tfajla li kienet tqila, wara li kien iltaqa' magħha u mal-għarus tagħha għal attivitajiet sesswali. Dan il-filmat kien ippubblikat mill-pulizija ta’ Wyoming, l-Istati Uniti, illum.

    F’Lulju tal-2014, Brady Oestrike, ħanxar ras Charles Oppenneer, li kellu 25 sena, bil-katavru tiegħu jinstab f’Gezon Park. Oppenneer u t-tfajla tiegħu, Brooke Slocum, li kellha tmien xhur tqala, kellhom jiltaqgħu ma’ Oestrike fil-park stess għal sess. Il-katavru tat-tfajla ta’ 18-il sena nstab fil-bagoll tal-karozza ta’ Oestrike wara li l-pulizija ġrew warajh bil-karozzi. It-tarbija li kellha f’ġufha ma salvatx.

    Oestrike eventwalment neħħa ħajtu b’idejh wara li baqa’ dieħel f’railing.

    Il-filmat miġbud mill-kameras tas-sigurtà li Oestrike stess installa f’daru juru lill-qattiel jipprepara u jnaddaf il-kamra għall-qtil.

    Jidhru ċari l-ħbula li kellhom jintużaw fil-qtil biex iżommu lill-vittma fil-post. B’kollox Oestrike kellu erba’ kameras tas-sigurtà installati f’daru.

    F’wieħed mill-filmati ppubblikati mill-pulizija Slocum tidher immanettjata. Il-pulizija qalu li t-tfajla kienet abbużata diversi drabi u kienet imġiegħla tpejjep il-ħaxixa għal diversi jiem.

    Sal-lum il-ġurnata ras l-għarus tagħha għadha ma nstabitx.