Il-Ġermanja se tniedi l-ewwel ferrovija bl-ebda impatt ambjentali

    Il-Ġermanja mistennija tintroduċi l-ewwel ferrovija mħaddma bl-idroġenu u li ma tħalli l-ebda impatt fuq l-ambjent.

    Il-ferrovija, li ġġib l-isem ta’ Coradia iLint, se tkun qed toffri alternattiva nadifa għall-4,000 ferrovija fil-Ġermanja li joperaw bid-diżil. Alstrom, il-kumpanija Franċiża li timmanifattura dawn il-ferroviji, diġà kellha mal-14-il ordni għal din il-ferrovija li titfa’ biss ilma u fwar lura fl-atmosfera, u jekk il-prova tagħhom se tkun meqjusa bħala suċċess allura se jkun mistenni li se jkun hemm bosta ordnijiet oħrajn.

    Il-provi ta’ din il-ferrovija mistennijin li jitlestew sal-aħħar ta' din is-sena, u mistennija li tinfetaħ għall-użu tal-pubbliku f’Diċembru tas-sena li ġejja.