Se jgħaddu ġuri dwar ritratti provokattivi

    Sitt persuni, fosthom fotografi u uffiċjali għoljin fil-qasam tal-midja, se jgħaddu ġuri fi Franza taħt il-liġi tal-ħarsien tal-privatezza minħabba l-pubblikazzjoni ta’ ritratti fl-2012 tad-Dukessa ta’ Cambridge b’sidirha barra.

    Skond rapporti fil-midja Franċiża, li kienu qegħdin jikkwotaw l-aġenzija France Presse u mkejjen ġudizzjarji, dawn l-akkużati jinkludu impjegati għoljin tal-ġurnal reġjonali “La Provence”, “Closer Magazine” u l-kumpanija-sid ta’ “Closer”, il-grupp tal-pubblikazzjonijiet Arnaldo Mondadori Editore tal-eks-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.

    Id-Dukessa, Kate Middleton (ritratt) u żewġha l-Prinċep William, kienu fetħu kawża kriminali fi Franza f’tentattiv biex iwaqqfu milli jkomplu jiġu ppubblikati dawn ir-ritratti li kienu ttieħdu f’gallerija f’residenza privata meta l-koppja rjali kienet fuq btala fir-reġjun ta’ Luberon fi Franza. 

    Skond il-ġurnal ''Le Parisien'' il-ġuri x’aktarx li jibda s-sena d-dieħla.

    Ritratt: REUTERS