'Open day' fuq l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider

    Tkompli l-kampanja dwar l-għarfien fuq il-kanċer tas-sider, fejn dalgħodu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid saret Open Day organizzata mill-Ministeru għas-Saħħa, flimkien ma’ NGOs fil-qasam.

    Matul din l-Open Day tqassam materjal informattiv dwar is-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard u ngħata tagħrif dwar kif persuna għandha tkun konxja ta’ xi tibdil li jista’ jkun innotat fis-sider u x’azzjoni għandha tittieħed.

    Informazzjoni oħra kienet dwar il-programm nazzjonali ta’ screening fuq pazjenti nisa ta’ etajiet ta’ bejn il-50 u 66 sena permezz ta’ mamograms. Matul l-attività ta’ dalgħodu saru wkoll eżamijiet tas-sider minn konsulenti mill-Isptar Mater Dei li minn naħa tagħhom ukoll taw aktar tagħrif fuq il-prevenzjoni kif ukoll il-kura tal-kanċer tas-sider.

     

    Ritratt: MFH