Il-coach tal-Arġentina Edgardo Bauza jirrispondi għall-kritika

    Il-coach Arġentina Edgardo Bauza rrisponda għall-kritika li injora lil attakkant ta' Inter Mauro Icardi. 
    Il-coach qed jiġi kkritikat bl-aħrax meta fil-logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja l-Arġentina ġew draw kontra l-Perú u sofrew telfa ġewwa darhom kontra l-Paragwaj.

    Il-partitarji pprotestaw għall-fatt li Bauza qed jirrifjuta li jipprova lil Icardi meta dan skorja 58 goal f'114-il partita kompettitiva għal Inter.

    "Meta rrid insejjaħ lil Icardi, nagħmel hekk, iżda bħalissa nippreferi lil Gonzalo Higuain u Lucas Pratoo."

    Icardi ta' 23 sena lagħab darba biss għal pajjiżu u dan kien, fl-2013.