Malta fost il-201 pajjiż li żar… mingħajr użu ta’ ajruplan

    Raġel Ingliż sar l-ewwel persuna li rnexxilu jżur 201 pajjiż, fosthom anke Malta. Li hemm stramb li għamel dan mingħajr qatt ma uża ajruplan.

    Graham Hughes ta’ 33 sena rikeb trakkijiet tal-linja, taxis, ferroviji u uża saqajh biex ivvjaġġa 160,000 mil f’1,426 ġurnata. Minkejja dan, fil-vjaġġi kollha li għamel dejjem baqa’ saqajh mal-art u b’hekk issa sar l-unika persuna li rnexxielu jdur dawn il-pajjiżi kollha mingħajr l-użu tal-ajruplan.

    Fost l-esperjenzi li għadda minnhom, qasam l-oċean f’dgħajsa li minnha kien dieħel l-ilma biex mar f’Cape Verde, spiċċa l-ħabs fil-Congo bħala spija, kien arrestat fir-Russja talli pprova jidħol u kien anke salvat minn fundamentalisti Musulmani.

    Malta kien is-78 pajjiż li żar hekk kif kienu għadu ġej mill-Vatikan. Minn hawn baqa’ sejjer lejn it-Tuneżija.