Leah ħarġet mill-kura intensiva

    Leah Xuereb, it-tifla Għawdxija ta' tliet snin li bħalissa qiegħda fl-Isptar Anderson Cancer Center f'Texas tiġġieled il-marda tal-kanċer, tidher li qiegħda taqleb għall-aħjar.

    Ftit tal-ġimgħat ilu, Leah għamlet operazzjoni ta' 12-il siegħa biex jitneħħilha forma rari ta' kanċer fl-istonku. Il-ġimgħa li għaddiet Leah kienet qiegħda tbati minn deni qawwi u infezzjoni.

    Fortunatament, però jidher li l-kundizzjoni tagħha qalbet għall-aħjar. Jidher li Leah għamlet anke xi passi u b'hekk kollox qed jindika li Leah u l-ġenituri tagħha jkunu lura Malta għall-Milied.