“Inqas ma jkun hemm ċaqliq fil-baġit aħjar” - PL

    Anqas kemm ikun hemm ċaqliq fil-baġit aktar aħjar. “Ma nistgħux naslu għall-sitwazzjoni fejn f'April jew f'Mejju, Malta tkun qed tiddiskuti l-baġit 2013 mal-Unjoni Ewropea meta kulħadd ikun qiegħed jiddiskuti l-baġit l-2014.”

    Dan qalu Karmenu Vella, il-kelliem ewlieni għall-Finanzi tal-Partit Laburista f'konferenza tal-aħbarijiet.

    Il-kelliem għall-Finanzi tal-PL Charles Mangion, li l-baġit huwa nieqes minn nuqqas ta' direzzjoni filwaqt li rrefera għal proposta tal-PL li jnaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Huwa qal li din il-proposta żżid il-flus fil-but.

    Min-naħat tiegħu l-MEP, Edward Scicluna qal li l-prijorità ta' gvern ġdid hija li jwaqqaf id-dejn milli jikber. Scicluna żied jgħid li s'issa gvern nazzjonalista m'għamel xejn biex jonqos id-dejn fil-fatt dan baqa' jikber.