Jintwera l-premjer ta’ “The Hobbit” fi New Zealand

    L-ewwel minn sensiela ta’ tliet films, prikwils tat-triloġija “The Lord of the Rings”, se jintwera llejla fit-teatru ta’ Wellington’s Embassy fil-belt kapitali ta’ New Zealand.

    Diversi stilel tal-films se jattendu għal dan l-avveniment f’Wellington, magħrufa aħjar bħala “the Middle of Middle Earth”.

    Għexieren ta’ eluf ta’ ammiraturi, ħafna minnhom bil-kostum, ingħaqdu madwar l-iskrin. Ħafna kkampjaw matul il-lejl biex ikunu viċin it-tapit l-aħmar ta’ 500 metru tul li ġie ddekorat bħala entratura għall-“Hobbit House”.

    “The Hobbit: An Unexpected Journey”, huwa l-ewwel film mit-triloġija, li flimkien swew $500 miljun biex jiġu ffilmjati fi New Zealand. It-tieni film se joħroġ għall-wiri f’Diċembru 2013 u t-tielet f’Lulju 2014.

    Id-direttur Peter Jackson stqarr li hija “emozzjonanti” hekk kif ra daqstant nies għall-okkażjoni. Nistennew il-kritika!